Thursday, April 25, 2024

River Plate jieħdu €30 miljun wara t-trasferiment ta’ Enzo Fernandez ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Hekk kif l-attakkant internazzjonali Arġentin, Enzo Fernandez, ingħaqad ma’ Chelsea fil-Premier League Ingliż għas-somma ta’ €121 miljun mingħand Benfica, l-eks klabb tiegħu River Plate se jkun qed jieħu €30 miljun minnhom.

Dan kien possibbli minħabba li fil-klawsola li kellu l-plejer ta’ 22 sena, kienet tgħid li ġaladarba hu jingħaqad ma’ klabb ieħor, it-tim Arġentin kellu jgawdu minn benefiċċju finanzjarju.

Fernandez lagħab ma’ River Plate bejn l-2019 u l-2022 bejn skorja 10 gowls f’40 partita.

Sport