Thursday, July 30, 2026
Home Sport Chelsea joffru lil Christian Pulisic għal Nicolo Zaniolo

Chelsea joffru lil Christian Pulisic għal Nicolo Zaniolo

0
675

Chelsea jridu jiffirmaw lill-midfielder offensiv tal-Italja u ta’ Roma, Nicolo Zaniolo.

Ftit tal-jiem ilu, il-coach Romanista, Jose Mourinho, imblokka t-trasferiment ta’ Zaniolo ma’ Tottenham u qed jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex iżommu fi Stadio Olimpico.

Iżda l-Pensioners huma lesti li joffru lil Christian Pulisic flimkien ma’ flus kontanti.