Monday, May 13, 2024

Chelsea kienu viċin li jakkwistaw plejer żagħżugħ Norveġiż 

Aqra wkoll

Sar magħruf li fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, Chelsea kienu qed jitħabtu sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-plejer Norveġiż Antonio Nusa. Dan tal-aħħar għad għandu 18-il sena u għaddej minn mument tajjeb ħafna ma’ Club Brugge tant li spikka ferm tul l-istaġun li għadda fil-Pro League Belġjan.  

Meta mistoqsi minn ġurnalisti Norveġiżi, Nusa kkonferma li rċieva ħafna messaġġi f’daqqa fuq il-mobile tiegħu b’Chelsea li għamlu li setgħu sabiex iħajruh.  

Minkejja kollox, Nusa sostna li minkejja li l-Blues offrewlu somma tajba, hu jinsab għal qalbu ma’ Club Brugge u se jibqa’ magħhom anke fl-istaġun li ġej.  

Sport