Monday, May 13, 2024

Jadon Sancho se jitlaq lil Manchester United? 

Aqra wkoll

Il-plejer internazzjonali Ingliż Jadon Sancho jista’ jkollu trasferiment drammatiku lejn l-Arabja Sawdija wara li kellu xi jgħid mal-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Haag. Dan tal-aħħar ikkritika sew is-sessjonijiet ta’ taħriġ li kien qed jagħmel il-plejer Ingliż fejn skont hu ma kienx qed jagħti l-mija fil-mija tiegħu.  

Min-naħa tiegħu, Sancho qal li l-kowċ tiegħu qed ifittex ix-xagħra fl-għaġina u ddikjara li fis-sessjonijiet ta’ taħriġ li jkollu, dejjem kien professjonali.  

Sadanittant, xi klabbs mill-Arabja Sawdija qed ifittxu li jiksbu s-servizzi tiegħu u ma tkunx xi ħaġa kbira li fil-jiem li ġejjin imur jilgħab hemmhekk.  

Sport