Monday, May 13, 2024

Kepa Arrizabalaga kien se jingħaqa ma’ Bayern Munich 

Aqra wkoll

Il-gowlkiper internazzjonali Spanjol Kepa Arrizabalaga żvela li kien ferm viċin li jingħaqad ma’ Bayern Munich fil-Ġermanja. Hu kellu saħansitra telefonata, jumejn qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.  

Sadanittant pront waslet telefonata oħra mid-diriġenti ta’ Real Madrid li xtaqu s-servizzi tiegħu anke għax il-gowlkiper titolari Thibaut Courtois weġġa’ u fadallu diversi ġimgħat barra.  

Kien hawn li Kepa għażel li jmur b’self ma’ Los Blancos għax iqisu bħala klabb leġġendarju.  

Kepa hu proprjeta’ ta’ Chelsea iżda kien se jkun diffiċli għalih li jsib postu mal-ewwel ħdax ta’ Mauricio Pochettino.  

Sport