Monday, May 13, 2024

Jurgen Klopp kuntent bis-suq tat-trasferimenti ta’ Liverpool 

Aqra wkoll

Hekk kif bħalissa għaddejja l-waqfa internazzjonali, il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp tkellem ma’ gazzetta influwenti Ingliża u l-kliem waqa’ fuq is-suq tat-trasferimenti li għamel it-tim tiegħu. 

Il-kowċ Ġermaniż qal li kien kuntent b’dak li l-klabb kiseb meta ħadu lil Wataru Endo, Ryan Gravenberch, Alexis McAllister u Dominik Szobozlai. Dawn ħadu post Fabinho, Henderson u James Milner li marru jsibu xortihom band’oħra.  

Klopp qal li l-bidu tal-istaġun dejjem ikun diffiċli għal dawn il-plejers għalkemm ammetta li l-waqfa internazzjonali se tkun qed tgħinhom jaddattaw għar-realta’ l-ġdida tagħhom.  

Sport