Tuesday, May 14, 2024

Genoa jagħlqu 130 sena 

Aqra wkoll

Genoa għadhom kemm għalqu 130 sena mwaqqfin. Fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju kbir saru festi kbar fit-toroq tal-belt tal-Liguria filwaqt li ġew mistiedna plejers passati u preżenti għal dan l-avveniment.

Kien proprju fis-7 ta’ Settembru 1893 li ġie ffurmat dan it-tim meqjus wieħed mill-iktar antiki tal-Italja.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, Genoa rebħu disa’ darbiet l-ogħla kampjonat Taljan għalkemm kien hemm żmien fejn kienu jikkompetu ma’ timijiet fit-tramuntana tal-Italja.

Minkejja kollox, it-tim reġa’ jinsab fis-serie A taħt il-gwida ta’ Alberto Gilardino, kowċ li daħal sew f’qalb il-partitarji tal-klabb.

Sport