Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Premier Ingliż: Chelsea miżmuma minn Bournemouth

Premier Ingliż: Chelsea miżmuma minn Bournemouth

0
311

Chelsea komplew jiddiżappuntaw meta marru għand Bournemouth u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ min­għajr goals. 

Kienet partita mill-aktar monotona fejn iċ-ċansijiet ta’ skor kienu skarsi. 

Filwaqt li Bournemouth għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa, Chelsea rreġistraw rebħa waħda biss minn ħames partiti minkejja li nefqu mijiet ta’ miljuni biex jiġu ffirmati akkwisti ġodda. 

Il-Pensioners kienu l-aktar viċin ir-rebħ meta Raheem Sterling ġie mċaħħad mill-mimduda filwaqt li Levi Colwell kellu goal imħassar għal offside.