Chelsea qed juru interess qawwi fil-winger żagħżugħ ta’ Real Betis, José Antonio Morante, li għandu 19-il sena u huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar talenti promettenti fi Spanja.
Il-player kiseb reputazzjoni wara l-kontribut tiegħu fir-rebħa ta’ Spanja fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena. Rapporti jindikaw li Chelsea ppruvat takkwistah fis-sajf, iżda Betis irrifjutaw l-offerta u ffirmawh b’kuntratt ġdid sal-2030.
Morante huwa iben il-magħruf matador Spanjol José Antonio Morante de la Puebla, li f’April sofra ġrieħi serji wara li ġie midrub minn barri waqt ġlieda f’Sevilla.
Minkejja dan, il-karriera tal-iben qed tkompli tavvanza b’suċċess.




