Rapport lill-pulizija fuq tfal li “qed joqtlu l-gremxul” f’Għawdex

Aqra wkoll

Tfal fi playground tar-Rabat, Għawdex, allegatament inqabdu joqtlu diversi gremxul żgħar li huma speċi protetti bil-liġi.

Malta Ranger Unit li jaħdem għall-protezzjoni tal-annimali u l-ambjent qal li kienu ġew ikkuntattjat minn persuna li rat lit-tfal joqtlu dawn il-gremxul.

Skont ix-xhieda tal-persuna, minkejja li l-ġenituri tat-tfal ġew avviċinati u nġibditilhom l-attenzjoni dwar dak li kien qed jiġri, dawn ma dehrux lesti li jwaqqfu lil uliedhom milli jkomplu b’dan l-aġir.

Il-Malta Ranger Unit qal li sar rapport lill-Pulizija dwar dan il-każ.

Il-persuna li rat lit-tfal joqtlu l-gremxul qalet li lesta tidher quddiem il-Qorti bħala xhud f’każ li dawn l-istess tfal jitressqu quddiem il-ġustizzja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport