Friday, April 19, 2024

Chicharito Hernandez joffri lilu nnifsu lil Man Utd

Aqra wkoll

L-attakkant veteran mill-Messiku Chicharito Hernandez tkellem dwar is-sitwazzjoni xejn sabiħa li għaddej minnha l-ex club tiegħu Manchester United. Hu qal li wara li coach bravu bħal Sir Alex Ferguson mexxa lit-tim għal 26 sena, mhux faċli li ssib sostitut denju għalih. 

United biddlu xejn inqas minn tmien coaches f’disa’ snin u għadhom ma sabux ir-ritmu li tant kienu magħrufin għalih lejn l-aħħar tas-snin disgħin u l-bidu tas-snin elfejn.

Għalkemm hi xi ħaġa remota, Hernandez offra l-għajnuna tiegħu lill-club Ingliż u lest li jerġa’ jingħaqad magħhom jekk ikun hemm bżonn. Dan tal-aħħar lagħab f’Old Trafford l-2010 u l-2015 u skorja 37 goal f’103 partiti.

Sport