L-attakkanta ta’ Manchester City Chloe Kelly ingħaqdet b’self ma’ Arsenal fl-aħħar minuti tas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Il-kowċ tal-Gunners Renee Slegers kien ferm kuntent b’dan l-akkwist hekk kif kien ilu jsegwi lil din il-plejer ta’ 27 sena għal dawn l-aħħar xhur.
Kelly kienet ilha ma’ The Citizens sa mis-sena 2020 fejn skorja 21 gowl f’75 partita. Fil-passat hi kienet tilgħab ukoll ma’ Arsenal u Everton.