Elena Rybakina saret in-numru wieħed fid-dinja fit-tennis tan-nisa wara li għelbet lil Zheng Qinwen fil-kwarti-finali tal-US Open.
B’din ir-rebħa, Rybakina se tieħu post Aryna Sabalenka fil-quċċata tal-klassifika WTA wara 99 ġimgħa konsekuttiva.
Il-Każaka rebħet 3-6, 6-1, 6-4, minkejja li tilfet l-ewwel set u kellha ssalva break point fit-tielet set.
Hija saret l-ewwel player mill-Kazakhstan, masikili jew femminili, li qatt laħqet il-quċċata tal-klassifika individwali.
Rybakina kienet waħda minn tliet players li setgħu jneħħu lil Sabalenka mill-ewwel post, flimkien ma’ Jessica Pegula u Coco Gauff.
Madankollu, dawn tal-aħħar kellhom jirbħu t-titlu u jittamaw li Rybakina ma tasalx sas-semi-finali. Sabalenka kienet ilha numru wieħed mill-21 ta’ Ottubru 2024, u r-rekord tagħha huwa s-sitt l-itwal renju fl-istorja tal-WTA.
Minkejja l-kisba kbira, Rybakina qalet li l-għan ewlieni tagħha jibqa’ li tirbaħ it-tournaments.
Fis-semifinali, se tiltaqa’ ma’ Coco Gauff, filwaqt li Sabalenka tilgħab kontra Pegula.




