Wednesday, July 24, 2024

Choupo Moting u Sarr se jitilqu lil Bayern Munich

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl ħabbar li żewġ plejers mill-iskwadra, Eric Maxim-Choupo Moting u Bouna Sarr, mhux se jibqgħu jilagħbu fl-Allianz Arena sa mill-istaġun li ġej.

Iż-żewġ plejers ilhom erba’ snin jagħtu servizz lill-klabb mill-Bavarja iżda d-diriġenza ddeċidew li ma jġeddulhomx il-kuntratti rispettivi tagħhom.

Sarr, li għandu 32 sena, bata’ fem minn injuries tul dan l-istaġun filwaqt li Moting ma kienx daqshekk ħażin fl-attakk meta skorja 38 gowl f’122 dehra mal-klabb.

Ekonomija

Sport