Sunday, April 19, 2026

Chris Tabone fis-semi-finali tal-kompetizzjoni individwali tas-Seniors

Aqra wkoll

Christ Tabone għadda għas-semifinali tal-kompetizzjoni individwali tas-Seniors tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball wara li għeleb lil James Edmonds 5-2. Kienet wirja eċċezzjonali tal-plejer Malti li kien preċiż fil-kolpi tiegħu sabiex eventwalment għadda għal mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni.

Fil-kwarti tal-finali kien hemm ukoll fl-azzjoni Luke Said li minkejja kollox ġie eliminat minn Triston Horton 5-2.

Hekk kif ilbieraħ intlagħbet is-sitt ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni li qed issir f’Ġibilta’, it-tim A tal-irġiel komplew bis-serje pożittiva tagħhom hekk kif kellhom żewġ rebħiet tajbin ta’ 15-10 kontra Wales u 21-4 kontra l-Messiku.

Sadanittant, it-tim tal-irġiel kellu riżultati mħallta hekk kif wara rebħiet kontra Spanja 14-11 u Wales B1 14-11, waslet telfa ta’ 16-9 kontra l-Iskozja.

It-tim ta’ taħt it-23 sena kellu żewġ rebħiet ta’ 20-5 kontra Irlanda ta’ Fuq A u 15-10 kontra l-Iskozja. Finalment it-tim A tas-Seniors rebaħ 17-8 kontra Ġibilta’ u 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq A fejn f’din l-aħħar logħba, il-Maltin kienu kalmi biżżejjed li joħorġu rebbieħa minkejja l-logħba diffiċli li kellhom.

Sadanittant dan hu l-programm tas-seba’ ġurnata fejn se jkunu fl-azzjoni t-timijiet Maltin:

08:00

  • Malta U23 A vs Wales U23 B
  • Malta Mens B vs Australia Mens B1

13:00

Chris Tabone vs Grant Smith (semifinali tal-individwali)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport