Friday, May 3, 2024

Christian Eriksen qed jitħarreġ ma’ Ajax

Aqra wkoll

Il-midfielder tad-Danimarka, Christian Eriksen, qed jit­ħarreġ ma’ Ajax f’tentattiv biex ikun f’siktu fiżikament hekk kif qed ifittex biex jin­għaqad ma’ club ġdid. Huwa kien beda l-karriera magħhom u wara ħames snin sieħeb lil Tottenham fl-2013 sakemm f’Jannar 2018 ingħaqad ma’ Inter fl-Italja li temmewlu l-kuntratt wara li f’Ġunju taħ attakk tal-qalb waqt il-logħba Euro 2020 f’Copenhagen kontra l-Finlandja.

Huwa qed jitħarreġ mar-reserves ta’ Ajax li huma mmexxija mill-ex difensur ta’ Everton, John Heitinga.

Sport