Tuesday, May 14, 2024

Il-football Malti b’konnessjoni mat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Aqra wkoll

Tournament ta’ kontinent li hu­wa ekwivalenti għall-Kampjonat Ewropew organizzat mill- UEFA, huwa dak tat-Tazza tan-Nazzjonjiet Afrikani li fih jieħdu sehem players ta’ fama kbira kif ukoll coaches li fil-maġġoranza tagħhom ikunu Franċiżi.

Iżda l-football Malti għaliex jissemma’ ma’ dan it-tournament?

Ir-raġuni hija li mindu l-Premier League kellu influss ta’ players barranin, dawk mill-kontinent Afrikan ma naqsux tant li fil-passat kellna players ta’ kalibru li għamlu isem fostna, kuntrarju għal dawk li jiġu jilagħbu ftit logħbiet iżda ma jinżammux mill-clubs li jkunu offrewlhom kuntratt.

Mal-qalba tal-Millennju l-kampjonat Malti kellu erba’ players u coach li ħadu sehem fit-tournament Afrikan li huma l-goalkeeper Murphy Akanyi li kien jilgħab ma’ Sliema Wanderers, id-difensur Rui Fernando da Gracia Gomez, magħruf bħala Rui, li kien jilgħab ma’ Hibernians snin iktar wara u żewġ goalkeepers kurrenti – Ibrahim Kone (Hibernians) u Christoffer Mafoumbi (Mosta). 

Iżda dan mhux kollox għax żewġ coaches, l-Olandiż, Tom Santfiet, li kien coach nazzjonali ta’ Malta, qed imexxi lit-team tal-Gambja u s’issa wassalhom sal-kwarti-finali wara li spiċċaw b’punti ndaqs mal-Mali fil-fażi tal-gruppi.

L-ieħor huwa dak tan-Niġerja, Augustine Eguavoen, li fil-bidu tal-Millennju kien lagħab sitt logħbiet ma’ Sliema Wanderers u wara kompla bħala coach fejn wassal lit-team fit-tieni post tal-Premier League.

Il-goalkeeper Akanji huwa wie­ħed mill-aqwa players importati mill-clubs Maltin meta dam jilgħab għal seba’ staġuni ma’ Sliema Wanderers u bejn l-2001 u l-2008 lagħab 171 logħba għalihom fejn kellu suċċess kbir meta rebaħ il-kampjonat tliet darbiet, l-FA Trophy darba, it-Tazza Super 5 darbtejn u t-Tazza Lowenbrau darba minbarra li fl-2007-08 rebaħ l-unur tal-Aqwa Goalkeeper.

Sliema fil-fatt kienu l-aħħar team tal-karriera tiegħu għax meta spiċċa minn magħhom huwa rtira fl-eta’ ta’ 31 sena.

Mat-team nazzjonali Niġerjan Akanji lagħab tmien logħbiet bejn l-1999 u l-2002 li tnejn minnhom kienu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, darba fil-logħba għat-tielet post tal-edizzjoni tal-2002 kontra l-Mali li n-Niġerja rebħa 1-0 b’goal tal-popolari Yakubu fid-29 minuta.

F’dak it-team, minbartra Yakubu, kienu lagħbu wkoll players li ħallew isem fix-xena internazzjo­nali, Joseph Yobo, Sunday Oliseh, Finidi George u Nwankwo Kanu.

Sitt xhur wara huwa kellu l-ikbar diżappunt ta’ ħajtu meta ġie maqlugħ mill-iskwadra tan-Niġerja għall-finali tat-Tazza tad-Dinja 2002 fil-Korea t’Isfel u fil-Ġappun wara li l-coach, Shoaibu Amodu, tkeċċa mill-kariga.

Player li ħalla impatt fit-Tazza Afrikana kien dak ta’ Hibernians, Rui Fernando da Gracia Gomes, li fl-edizzjoni tal-2015 li saret f’pajjiżu, huwa lagħab il-logħbiet kollha nkluża l-logħba għat-tielet post kontra DR Kongo li huma tilfu 4-2 bil-penalties wara draw 0-0 wara li ngħata l-ħin barrani.

Fil-mixja tagħhom lejn dan l-istadju l-Equitorial Guines spiċċaw it-tieni fil-grupp wara żewġ draws kontra il-Kongo 1-1 u Burkina Faso 0-0 u għelbu lil Gabon 2-0.

Imbagħad fil-kwarti-fnali għelbu lit-Tuneżija 2-1 wara l-ħin barrani, iżda fis-semi-finali sfaw eliminati mill-Ghana bl-iskor ta’ 3-0 u eventwalment tilfu l-play-off għat-tielet post meta DR Kongo reb­ħu l-penalties 9-8 wara draw 0-0 f’120 minuta logħob.Din is-sena Hibernians kellhom t-tieni player fl-iskwadra ta’ team finalista li huwa l-goalkeeper Niġerjan, Ibrahim Kone, mal-Guinea, li ġew eliminati mill-Gambja fl-is­tadju tal-Aħħar 16. Iżda Kone ma ġiex inkluż fl-ebda logħba tas-Super   Eagles.

Il-goalkeeper ta’ Mosta, Chris­toffer Mafoumbi, huwa player ieħor li lagħab fit-Tazza Kontinentali. Huwa lagħab 22 darba għal pajjiżu, tnejn minnhom fl-edizzjoni ta’ din is-sena waqt li f’dik tal-2015 kien inkluż fl-iskwadra u kien iddebutta fid-draw 1-1 tas-17 ta’ Jannar kontra l-Equitorial Guinea, meta fit-team oppost kien hemm Rui ta’ Hiber­nians.

F’din l-edizzjoni huwa lagħab l-ewwel żewġ logħbiet tal-kwalifikazzjoni.

F’dawk li huma coaches, Saint­fiet, li mexxa lit-team Malti għal tliet logħbiet bejn it-12 ta’ Novembru 2017 u s-26 ta’ Marzu, 2018, fejn tilef it-tliet logħbiet li fihom ma skorjajniex u sofrejna disa’ goals.

Iżda ma’ Gambja qed jikseb suċċess meta spiċċaw punti ndaqs mal-Mali fil-grupp – 7 kull wieħed – meta għelbu lill-Mawritanja u lit-Tuneżija 1-0 it-tnejn u ġew draw 1-1 mal-Mali, u fl-Aħħar 16 elimi­naw lil Guinea 1-0. 

Fil-kwarti-finali tas-Sibt li ġej huma għandhom ostaklu diffiċli meta se jiltaqgħu kontra l-orga­nizzaturi, il-Kamerun, li huma fost il-favoriti li jirbħu t-tazza.

Dan kollu juri li l-clubs Maltin ġabu fostna players ta’ kwalitá ukoll meta tara fejn waslu dawn il-players li bosta minnhom  kienu qed jilagħbu fil-Premier League.

Sport