L-attakkant ta’ Chelsea, Christian Pulisic qed jitqies bħala mira ta’ trasferiment ta’ Jannar għal Liverpool.
L-internazzjonali tal-Istati Uniti għamel biss erba’ dehriet għall-club attwali tiegħu matul l-istaġun2021-22, għalkemm ma kienx disponibbli għall-għażla għal perjodu twil minħabba injury fl-għaksa.
Bħalissa hemm spekulazzjoni dwar il-futur tal-player ta’ 23 sena fi Stamford Bridge, b’Barcelona jingħad li huma ħerqana li jġibuh fil-Camp Nou fil-bidu tal-2022.
Madankollu, Liverpool issa ħarġu bħala propjetarji potenzjali, hekk kif ir-Reds qed jippreparaw biex isaħħu l-attakk tagħhom is-sena d-dieħla.
Ir-relazzjoni tajba ta’ Pulisic mal-manager tal-club minn Merseyside, Jurgen Klopp, li lagħab taħtu ma’ Borussia Dortmund, tista’ tara t-trasferiment iseħħ.
L-Amerikan – ikkuntrattat ma’ Chelsea sa Ġunju 2024 – skorja 18-il goal u rreġistra 14-il assist f’81 dehra għall-Blues fil-kompetizzjonijiet kollha.