Iċ-champions tas-Serie A, Napoli, ħatru lil Rudi Garcia, bħala l-coach il-ġdid tagħhom għall-istaġun li ġej. Il-Franċiż ta’ 59 sena ħa post Luciano Spalletti li ħalla l-club biex jieħu waqfa mill-football wara li x-xahar l-ieħor mexxihom lejn ir-rebħ tal-ewwel Scudetto tagħhom fi 33 sena.
Bħal Spalletti, Garcia kien mexxa lil Roma waqt li fl-2010-11 wassal lil Lille għar-rebħ tad-double domestika.