Saturday, July 25, 2026
Home Sport Victor Osimhen viċin li jitlaq lil Napoli

Victor Osimhen viċin li jitlaq lil Napoli

0
412

L-aġent ta’ Victor Osimhen tkellem mal-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis u għarrfu li l-klijent tiegħu mhux interessat li jġedded il-kuntratt tiegħu mal-Partenopei.

Roberto Calenda qal li hemm żewġ clubs li huma interessati fih u dawn huma Chelsea u Paris St Germain.

Osimhen jixtieq ifittex avventura ġdida wara li għen lit-tim tiegħu jirbaħ il-kampjonat wara 33 sena.

Il-plejer Niġerjan għandu 24 sena u ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2020.

It-talba ta’ Napoli hija dik ta’ €150 miljun.