Friday, July 31, 2026
Home Sport Christopher Nkunku fil-mira ta’ Chelsea

Christopher Nkunku fil-mira ta’ Chelsea

0
653

Chelsea għandhom interess li jiffirmaw lill-attakkant ta’ RB Leipzig, Christopher Nkunku, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Leipzig preċedentement saħqu li mhux se jikkunsidraw li jbigħu l-aktar player ta’ valur tagħhom qabel l-istaġun 2022-23 wara staġun mimli goals.

Il-player ta’ 24 sena kiseb ċifri individwali notevoli, fejn irreġsitra 31 goal u 14-il assist mill-45 dehra tiegħu fil-Bundesliga u l-Ewropa.