Ċiklist iweġġa’ serjament f’inċident fiż-Żejtun

0
13

Illum, għall-ħabta tal-10:15 a.m., l-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq id-daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Tarxien, u vettura DAF, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 82 sena residenti l-Imqabba.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. ll-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here