Friday, June 19, 2026

Il-Partit Laburista se jlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali biex jikkonferma t-tmexxija tal-Partit

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista se jlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali, kif jistipula l-Istatut tal-Partit wara kull elezzjoni ġenerali, biex jikkonferma l-Mexxej u d-Deputati Mexxejja tal-Partit.  

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qed tilqa’ n-nomini għat-tmexxija tal-Partit bejn it-Tnejn 22 u l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju.

It-Tlieta 30 ta’ Ġunju u l-Erbgħa 1 ta’ Lulju se ssir il-votazzjoni fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, filwaqt li l-Għawdxin jistgħu jivvutaw l-Erbgħa 1 ta’ Lulju fiċ-Ċentru Laburista Ta’ Sannat.  

Is-Sibt 27 ta’ Ġunju se ssir il-votazzjoni bikrija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għal min jagħmel talba lill-Kummissjoni Elettorali sat-Tlieta 23 ta’ Ġunju.

Il-Konferenza Ġenerali se ssir it-Tlieta 30 ta’ Ġunju, l-Erbgħa 1 u l-Ħamis 2 ta’ Lulju li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport