Aidan Buttigieg tal-klubb Għawdxi D Sports Lab u Jessica Pratt tat-Team Greens huma ċ-champions Nazzjonali tat-Triq għal din is-sena 2024 organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.
Għal Aidan Buttigieg dan kien it-tieni titlu fil-karriera tiegħu fejn iddefendi b’suċċess ir-rebħ ta’ dan il-Kampjonat tat-Triq. Filfatt din is-sena huwa spiċċa l-ewwel fil-klassifika tal-Kategorija Elite meta kiseb il-massimu ta’ 600 punt bi tliet rebħiet. Fit-tieni post ikklassifika b’total ta’ 485 punt Pierre Borg ta’ Mosta CC, segwit fit-tielet pożizjoni minn Etienne Bonello ta’ Team Greens bi 460 punt.
Minn naħa tagħha, Jessica Pratt tat-Team Greens rebħet dan it-titlu tan-Nisa għal ewwel darba fil-karriera tagħha meta ddebuttat b’suċċess fejn kisbet total massimu ta’ 600 punt. Warajha spiċċaw rispettivament sħabha tat-Team Greens, Diana Muscat (525 punt) u Michelle Vella Wood (435 punt).
Jacob Schembri ta’ Mosta CC spiċċa champion Nazzjonali tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena meta spiċċa l-ewwel fil-klassika b’575 punt. Fit-tieni post ikklassifika Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC b’485 punt, filwaqt li Luke Borg ta’ The Cyclist-Agones spiċċa t-tielet b’total ta’ 375 punt.
Mark Zammit ta’ Mosta CC spiċċa champion Nazzjonali fil-Masters 40+, b’massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċaw David Cushing ta’ B’Kara St Joseph (375 punt) u James Mifsud tat-Team Greens (295 punt). Joseph Caruana tat-Team Greens spiċċa champion Nazzjonali fil-Masters 50+ b’510 punt, segwit minn u Kevin Muscat ta’ Mosta CC u Stephen Grima ta’ D Sports Lab li t-tnejn li huma kisbu 375 punt kull wieħed.
Kai Azzopardi ta’ The Cyclist-Agones spiċċa bħala champion Nazzjonali tal-Juniors b’200 punt, filwaqt li Ryan Gatt tal-istess The Cyclist-Agones spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt is-16 il-sena b’total massimu ta’ 600 punt.
Jake Refalo tal-klubb Għawdxi ta’ Shamrock Stars SC spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt l-14 il-sena b’total massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċaw Ethan Grech ta’ Mosta CC (525 punt) u Liam Daly ta’ Shamrock Stars SC (465 punt). Nina Debono ta’ Shamrock Stars SC rebħet l-istess kategorija dik riservata għat-Tfajliet b’massimu ta’ 600 punt. Warajha spiċċat Katie Vella Wood tat-Team Greens b’350 punt.
Ethan Cumbo ta’ Mosta CC spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt it-12 il-sena b’total massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċa Kruiven Farrugia ta’ Shamrock Stars SC (525 punt) u Zachary Vella ta’ Mosta CC (465 punt). Amy St John ta’ Mosta CC rebħet l-istess kategorija dik riservata għal Bniet b’total ta’ 400 punt.
Fi tmiem dawn it-tiġrijiet tal-Kampjonat tagħha, l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu trid turi l-apprezzament tagħha għaċ-ċiklisti u l-uffiċċjali tal-klabbs kollha għas-sehem tagħhom, kif ukoll għal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll tmur għas-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Puliżija, il-LESA u l-Emergency First Response, kif ukoll lil xi voluntiera, timekeepers u marshalls.
Aidan Buttigieg jiddefendi t-titlu b’suċċess, Jessica Pratt champion għal ewwel darba
Aidan Buttigieg tal-klubb Għawdxi D Sports Lab u Jessica Pratt tat-Team Greens huma ċ-champions Nazzjonali tat-Triq għal din is-sena 2024 organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Għal Aidan Buttigieg dan kien it-tieni titlu fil-karriera tiegħu fejn iddefendi b’suċċess ir-rebħ ta’ dan il-Kampjonat tat-Triq. Filfatt din is-sena huwa spiċċa l-ewwel fil-klassifika tal-Kategorija Elite meta kiseb il-massimu ta’ 600 punt bi tliet rebħiet. Fit-tieni post ikklassifika b’total ta’ 485 punt Pierre Borg ta’ Mosta CC, segwit fit-tielet pożizjoni minn Etienne Bonello ta’ Team Greens bi 460 punt.