Friday, July 19, 2024

Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Jessica Pratt jagħmlu tripletta

Aqra wkoll

Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab u Jessica Pratt tat-Team Greens komplew jirbħu anke f’din it-tielet tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2024 fiċ-ċirkwit Ta’ Xħajma, fin-Nadur, Għawdex.

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fil-Kategorija Elite meta ddomina fejn temm it-12 il-dawra tiegħu f’ħin ta’ 1:26:19.04, ħames minuti vantaġġ fuq John Camilleri ta’ B’Kara St Joseph SC (1:31:14.01). Fit-tielet post spiċċa Pierre Borg ta’ Mosta CC (1:34:18.26).

It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’oħra dominata minn Jessica Pratt tat-Team Greens meta spiċċat it-8 dawriet l-ewwel f’ħin ta’ 1:03:20.95, vantaġġ impressjonati ta’ iktar erba’ minuti fuq seħbitha Diana Muscat (1:07:59.39). Marie Claire Aquilina ukoll tat-Team Greens spiċċat it-tielet (1:13:24.80).

Luke Borg ta’ The Cyclist – Agones rebaħ il-Kategorija Under 23 fejn temm it-12 il-dawra f’ħin ta’ 1:31:18.88. Warajh spiċċaw rispettivament Jacob Schembri ta’ Mosta CC (1:31:29.15) u Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC (1:33:53.04).

Fil-Kategorija Masters 40+ ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens meta spiċċa t-8 dawriet f’ħin ta’ 1:02:15.92. Warajh spiċċa Mark Zammit ta’ Mosta CC (1:05:15.78). Joseph Caruana tat-Team Greens minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 1:19:13.92.

Kai Azzopardi ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Juniors meta spiċċa s-sitt dawriet tiegħu f’ħin ta’ 47:39.61, filwaqt li Ryan Gatt ukoll ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 Maskili meta spiċċa l-erba’ dawriet tiegħu f’ħin ta’ 32:07.60. Goben Gao ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 Boys f’ħin ta’ 16:26.71. Warajh spiċċaw rispettivament Jake Refalo ta’ Shamrock Stars (16:26.76) u Ethan Grech ta’ Mosta CC (16:28.21). Zia Fuji ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet meta għamlet iż-żewġ dawriet tagħha f’ħin ta’ 17:48.81. Warajha spiċċat Nina Debono wkoll ta’ Shamrock Stars (25:55.46).

Ethan Cumbo ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Boys meta temm d-dawra tiegħu f’ħin ta’ 09:04.37. Warajh spiċċaw rispettivament Kruiven Farrugia ta’ Shamrock Stars (09:42.23) u Olivier Bucchieri ta’ Gozo CC (09:47.27). Amy St John ta’ Mosta CC rebħet il-Kategorija tal-Under 12 Girls meta temm d-dawra tagħha f’ħin ta’ 12:01.76.

Il-preżentazjonijiet saru minn Edward Said, Sindku tan-Nadur, assisitit mill-uffiċċjali għolja tal-istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

Fi tmiem dawn it-tiġrijiet tal-Kampjonat tagħha, l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu trid turi l-apprezzament tagħha għaċ-ċiklisti u l-uffiċċjali tal-klabbs kollha għas-sehem tagħhom, kif ukoll għal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll tmur għas-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Puliżija, il-LESA u l-Emergency First Response, kif ukoll lil xi voluntiera, timekeepers u marshalls.

Aidan Buttigieg u Jessica Pratt jagħmlu trippletta

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport