Monday, July 8, 2024

Malta tirreġistra t-tieni l-akbar żieda fl-industrija tas-servizzi

Aqra wkoll

Malta rreġistra it-tieni l-akbar żieda annwali fl-industrija tas-servizzi mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn ċifri li ġew ippubblikati mil-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat.

Skont dawn iċ-ċifri f’April li għadda pajjiżna kellu tkabbir f’danir-rigward li jlaħħaq id-doppju tar-rata medja li bih kibru tali servizzi fl-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Pajjiżna rreġistrat tkabbir ta’ 10.1% fl-industrija tas-servizz, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kien hemm tkabbar ta’ 4.2% u fiż-Żona Ewro 4.8%.

L-akbar tkabbir kien irreġistrat mil-Lussemburgu b’14.3%, waqt li, wara Malta, kien hemm il-Litwanja b’7.6%. L-akbar tnaqqis irreġistrat fl-aħħar sena kien fir-Rumanija, id-Danimarka u l-Ungerija.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport