Sunday, October 27, 2024

Cirque du Soleil tiddikjara falliment u tkeċċi 3,500 ħaddiem

Aqra wkoll

Cirque du Soleil iddikjarat falliment u talbet protezzjoni fil-Kanada fejn għandha l-kwartieri tagħha.  

Jidher li minħabba l-COVID-19, din il-kumpanija kellha tikkanċella l-esibizzjonijiet kollha u allura keċċiet anke l-ħaddiema. 

Din il-kumpanija daħlet fi ftehim max-shareholders fosthom TPG Capital, Fosun International Ltd u Caisse de depot et placement du Quèbec li se jkunu qed jinvestu $300 miljun f’din il-kumpanija. Bħala parti mill-investiment, l-organu tal-Gvrn Investissement Quèbec se jipprovdi $200 miljun f’finazjament tad-dejn. 

Il-Kap Eżekuttiv Daniel Lamarre qal li b’nuqqas ta’ qligħ minħabba li ġew ikkanċellati l-esibizzjonijiet kollha waqt il-pandemija, il-maniġment kellu jaġixxi b’tali mod li jipproteġi l-futur tal-kumpanija. 

F’Marzu, il-kumpanija waqqfet aktar minn 4,000 persuna li jammontaw għal 95% tal-ħaddiema kollha. Barra hekk, kienet issospendiet b’mod temporanju l-esibizzjonijiet f’Las Vegas, waħda miż-żoni l-aktar prominenti tagħha. 

Il-ħaddiema issa tkeċċew, għalkemm il-kumpanija tittama li din is-sitwazzjoni tkun temporanja jew inkella sakemm ir-regoli jiġu rilaxxati u l-esibizzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu. 

Sport