Wednesday, September 25, 2024

Claudio Bravo joffri lilu nnifsu lil Barcelona

Aqra wkoll

Hekk kif il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż Marc Andre Ter Stegen weġġa’ ma’ Barcelona ftit tal-jiem ilu, il-Katalani qed ifittxu element ieħor bejn il-lasti sabiex ma jinqabdux.

Fis-sigħat li għaddew tkellem l-eks goalkeeper ta’ Real Madrid Claudio Bravo li qal li qed joffri s-servizzi tiegħu lil Blaugrana peress li hu jinsab bla kuntratt.

Il-goalkeeper tal-Kosta Rika jixtieq ifittex tim wara li ntemmlu l-kuntratt li kellu ma’ Real Betis. Hu diġa’ lagħab ma’ Barcelona bejn l-2014 u l-2016 u għalhekk jaf sew l-ambjent li jista’ jsib ruħu fih.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport