Thursday, August 27, 2026
Home Sport Claudio Ranieri fil-periklu li jitkeċċa minn kowċ ta’ Cagliari?

Claudio Ranieri fil-periklu li jitkeċċa minn kowċ ta’ Cagliari?

0
309

Id-direttur sportiv ta’ Cagliari Nereo Bonato tkellem f’konferenza stampa wara t-telfa iebsa ta’ 4-1 li huma sofrew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra AS Roma.

Wieħed mill-ġurnalisti saqsa lil Bonato dwar il-futur tal-kowċ Claudio Ranieri. Hu wieġeb li għadu kmieni biex wieħed jieħu deċiżjoni għalkemm sostna li ż-żmien jinsab kontrihom.

Cagliari ġabru biss żewġ punti minn tmien logħbiet u jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika.