Monday, June 9, 2025

Claudio Ranieri flok Luciano Spalletti?

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Luciano Spalletti se jkun qed jitneħħa mill-kariga wara t-telfa li ħafna sejħulha kerha kontra l-Litwanja. Gli Azzurri tilfu 3-0 f’Oslo u xejn ma kienu reattivi f’din il-partita tant li kien biss lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima li kien hemm l-ewwel xutt tal-logħba.

Xi gazzetti Taljani qed isemmu l-possibbilta’ li l-kowċ veteran Claudio Ranieri jieħu t-tim f’idejh minkejja li hu uffiċjalment jinsab irtirat. Ħafna jqisu li dan il-kowċ jaf iġib stabbilta’ lill-grupp li jinsab wisq konfuż u ma jafx fejn qiegħed. Kowċ ieħor li qed jissemma’ hu Stefano Pioli li għandu esperjenza bħala kowċ ta’ Lazio u Milan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport