Claudio Ranieri se jkun il-manager il-ġdid tal-club ta’ Watford.
It-Taljan ħareġ nhar il-Ħadd bħala konkorrent serju biex jieħu r-riedni tat-club minn Vicarage Road wara li Xisco Munoz sar l-ewwel manager li tkeċċa mill-kariga fil-Premier League dan l-istaġun.
U issa l-coach ta’ 69 sena jidher li se jieħu jkun ft-tmun tal-club mill-Premier League għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu, wara esperjenzi preċedenti fil-punent ta’ Londra ma’ Chelsea u Fulham qabel kellu esperjenza storika ta’ success ma’ Leicester.
Il-ħatra mistennija ta’ Ranieri – li ħalla lil Sampdoria f’Mejju wara sentejn fit-tmun tal-club tas-Serie A – tkun timmarka ritorn xokkanti għall-football Ingliż għal wieħed mill-aktar figuri rikonoxxuti tal-kampjonat.
Ranieri mexxa lil Leicester City għal titlu inkredibbli tal-Premier League aktar minn ħames snin ilu, madwar 16-il sena wara l-ewwel impjieg tiegħu fi Stamford Bridge.
Huwa kien kompla biex mexxa lil Juventus, Atletico Madrid, Valencia, Inter u Roma qabel ma mexxa lil Fulham, iżda ma setax isalva lill-club mir-relegazzjoni mill-Premier League fl-2019.
Ranieri madankollu issa huwa lest li jsir is-16-il manager permanenti differenti tal-Hornets matul l-aħħar għaxar snin, u t-13-il wieħed minn meta l-familja Pozzo ħadet ir-riedni tal-club fl-2012.