Monday, May 13, 2024

Jonqsu dawk li jitilqu mill-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar tliet snin skolastiċi, kien reġistrat tnaqqis fin-numru ta’ adoloxxenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena.

F’mistoqsija parlamentari, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li fis-sena skolastika 2020/21 kien hemm ħames studenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena. 

Dan ifisser ħames studenti inqas minn dak reġistrat fis-sena skolastika 2019/20 meta b’kollox kien hemm 10 studenti.

Min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ studenti li telqu mill-iskola qabel l-imsemmija età fis-sena skolastika 2018/19 kien dak ta’ 20.

Intant, mistoqsija oħra li saret lill-Ministru Caruana kienet dwar in-numru ta’ ġenituri li ġew akkużati li naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola f’dawn l-aħħar tliet snin. 

Hija qalet li tinsab infurmata li f’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm 1,756 ġenitur li ġew imsejħa biex jidhru quddiem it-Tribunal Lokali biex jirrispondu dwar il-fatt li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola.

Sport