F’kummenti li għadda ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Robert Abela fuq barra ta’ Kastilja qal li fl-aħħar ħinijiet kien bgħat għal Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo u fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda u differenti minn dawk li hemm quddiem il-Kumitat għall-Istandards, l-istess Bartolo rriżenja minn Ministru u anke mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.
Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li d-Deputat Prim Ministru Ian Borg se jkun qiegħed jieħu l-portafoll tat-Turiżmu.
Il-Prim Ministru nnota l-ħidma importanti tal-Gvern anki fil-qasam tat-turiżmu li hu importanti għal pajjiżna.