Sunday, August 2, 2026
Home Sport Commonwealth Games 2026: Team Malta jtemm l-impenji tiegħu ġewwa Glasgow

Commonwealth Games 2026: Team Malta jtemm l-impenji tiegħu ġewwa Glasgow

0
1

Team Malta temm l-impenji tiegħu fil-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow nhar is-Sibt, bl-aħħar logħbiet tal-fażi tal-gruppi fil-lawn bowls.

Fis-sessjoni ta’ filgħodu, il-koppja Shaun Parnis u Troy Lorimer temmew l-impenji tagħhom b’mod mill-aqwa kontra Tifaga Tupuiliu u Keith Papani ta’ Niue. Il-Maltin kellhom bidu eċċellenti. Lorimer mexxa l-logħob b’mod mill-aqwa u għamel il-kompitu ferm aktar faċli għal Parnis matul l-ewwel set. Il-konsistenza tagħhom ġiet ippremjata b’rebħa ta’ 6–4.

Huma komplew jibnu fuq dik il-kunfidenza fit-tieni set, biż-żewġ plejers juru forma mill-aqwa u preċiżjoni eċċellenti. Huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar, kisbu 11-il punt mingħajr risposta u rebħu t-tieni set 11–0. B’dan ir-riżultat, huma temmew fir-raba’ post tal-grupp tagħhom.

L-aħħar logħba ta’ Connie Rixon fil-Logħob tal-Commonwealth ġiet fi tmiemha wara telfa ta’ 2-0 kontra l-Kanadiża Kelly McKerihen fl-aħħar rawnd tal-fażi tas-sezzjonijiet tas-singles tan-nisa. Rixon tat battalja b’saħħitha  lill-avversarja tagħha fl-ewwel set, li tilfitu bi skor minimu ta’ 8-7 wara li rkuprat minn żvantaġġ ta’ 8-1 biex naqqset id-distakk għal punt wieħed biss. McKerihen imbagħad ħadet il-kontroll tat-tieni set, li rebħet 11-2 biex issiġillat ir-rebħa fil-logħba.  Minkejja t-telfa, Rixon uriet determinazzjoni kbira, partikolarment fl-ewwel set, kontra waħda mill-aqwa plejers tal-lawn bowls fil-kompetizzjoni.

L-azzjoni tal-Ġimgħa

Filwaqt li l-aħbarijiet tal-Ġimgħa kienu ddominati mill-midalja tal-bronż ta’ Katryna Esposito, diversi atleti oħra kienu wkoll impenjati fil-kompetizzjoni, fosthom Rachela Pace (Atletika), James Zahra (Judo) u Connie Rixon (Lawn Bowls)

 Atletika

Rachela Pace ħadet sehem fi Grupp B tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-long jump tan-nisa. L-ewwel qabża tagħha ta’ 6.16m poġġietha immedjatament f’pożizzjoni tajba biex tikseb post fil-finali, filwaqt li fit-tieni rawnd irreġistrat qabża ta’ 6.06m. Sabiex tidħol fost l-aqwa 12-il atleta miż-żewġ gruppi ta’ kwalifikazzjoni, hija kellha bżonn qabża ta’ 6.23m jew aktar fl-aħħar tentattiv tagħha.

Rachela wettqet qabża aħjar fit-tielet rawnd, iżda din ġiet iddikjarata nulla, biex spiċċat fl-14-il post — żewġ pożizzjonijiet biss ’il bogħod mill-finali. Għalkemm kienet ftit ċentimetri biss ’il bogħod mill-aħjar riżultat staġjonali tagħha ta’ 6.30m, il-prestazzjoni tagħha wriet li kienet kompetittiva bis-sħiħ f’kamp b’saħħtu ta’ 24 atleta.

Judo

James Zahra kellu bidu tajjeb, meta tefa’ lill-avversarju tiegħu mill-Vanuatu Alan Monthouel, permezz ta’ taħlita ta’ mossi li għenu jikseb punt wara li l-avversarju niżel fuq ġenbu.

L-avversarju tiegħu iżda deher ferm aktar komdu fil-ġlied mal-art u beda jaqleb kontinwament bejn diversi mossi tekniċi sabiex jipprova jżomm lil Zahra immobilizzat.

Waqt li kien maqbud taħt l-avversarju tiegħu, Zahra żamm ma’ siequ, madankollu, malli l-Monthouel rnexxielu jeħles siequ, Zahra nżamm fit-teknika laterali Yoko-shiho-gatame għal 20 sekonda sħaħ. Dan kien biżżejjed sabiex l-avversarju jikseb il-punteġġ massimu u rebħa immedjata.

Lawn Bowls

Connie Rixon, li kienet qed tikkompeti fis-singles tan-nisa, kellha bidu tajjeb fil-logħba tagħha kontra Abby Andreiux ta’ Jersey. Hija sabet ir-ritmu malajr u, bi prestazzjoni kalma u kkontrollata, rebħet l-ewwel set 7–4. Andreiux wieġbet tajjeb fit-tieni set u għelbet lil Rixon 5–4, biex ġabet il-logħba ndaqs u sfurzat tie-break. Bil-logħba tiddependi fuq end wieħed, Rixon żammet il-kalma u kisbet żewġ punti, biex rebħet it-tie-break 2–0 u kisbet rebħa mistħoqqa.

Rixon kompliet l-impenji tagħha filgħaxija kontra Katherine Read tal-Ingilterra, il-leader attwali tal-grupp, u seba’ darbiet indoor champion. Rixon kienet f’forma tajba mill-bidu nett u kkontrollat l-ewwel set mill-bidu sal-aħħar, biex rebħitu 8–5.

Hija bdiet tajjeb ukoll it-tieni set, billi rebħet l-ewwel żewġ ends, iżda Read wettqet xi bowls eċċellenti biex għelbet lil Rixon 8–7 u sfurzat tie-break. Fi tmiem mimli tensjoni, Read irnexxielha tpoġġi bowl kruċjali, li wassal għal telfa minima għal Rixon. L-aħħar impenn ta’ Team Malta fil-Logħob tal-Commonwealth ta’ Glasgow se jkun iċ-Ċerimonja tal-Għeluq, li se ssir il-Ħadd fi

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here