Hibernians iffirmaw lill-player Awstrijakk, Fabian Jankovic – midfielder ta’ talent ta’ 21 sena b’esperjenza f’waħda mill-aqwa akkademji tal-Awstrija, li se jkun qed isaħħaħ l-iskwadra tal-Pawlsiti għall-istaġun li ġej, hekk kif iġib miegħu kwalità, enerġija, u determinazzjoni fit-tim.
Notevoli huwa l-fatt li huwa żviluppa fl-akkademja tal-youths rinomata ta’ Austria Vienna, filwaqt li rrappreżenta t-Tim Nazzjonali tal-Youths tal-Awstrija.





