L-aħħar sett ta’ poloz li ttellgħu kien dak tal-UEFA Conference League fejn Chelsea huma favoriti li jirbħu din ir-raba’ edizzjoni.
Il-Pensioners ittellgħu kontra FC Copenhagen tad-Danimarka liema polza ma titqiesx daqstant diffiċli.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal Fiorentina li se jiffaċċjaw lil Panathinaikos tal-Greċja.
Il-poloz tal-Aħħar 16 irriżultaw hekk:
– Real Betis v Vitoria de Guimaraes
– Jagiellonia Bialystok v Cercle Brugge
– Celje v Lugano
– Panathinaikos v Fiorentina
– FC Copenhagen v Chelsea
– Molde v Legia Warsaw
– Pafos v Djurgardens IF
– Borac Banja Luka v Rapid Vienna
Il-poloz tal-kwarti-finali huma:
– Real Betis/Guimaraes v Jagiellonia/Cercle Brugge
– Celje/Lugano v Panathinaikos/Fiorentina
– FC Copenhagen/Chelsea v Molde/Legia Warsaw
– Pafos/Djurgardens IF v Borac BL/Rapid Vienna
Il-partiti tal-Aħħar 16 jintlagħbu fis-6 ta’ Marzu (I Leg) u 13 ta’ Marzu (II Leg)