Tuesday, December 24, 2024

Coppa Italia: Juventus fis-semi-finali b’hat-trick ta’ Arkadiusz Milik

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk, Arkadiusz Milik, kien il-protagonista ta’ Juventus meta skorja hat-trick fir-rebħa ta’ 4-0 fuq Frosinone biex għen lit-team tiegħu jikkwalifika għas-semi-finali tal-Coppa Itali, bl-avversarji jkunu Lazio li nhar l-Erbgħa eliminaw lir-rivali eterni Roma. 

It-team immexxi mill-coach, Massimiliano Allegri li kien qed jiċċelebra l-400 partita tal-karriera tiegħu, iddomina dan il-konfront u proprju fil-11-il minuta huma fetħu l-iskor minn penalty wara li Fabio Miretti twaqqa’ minn żewġ difensuri. 

Mill-11-il metru, Arkadiusz Milik, fetaħ il-kont tiegħu biex skorja darbtejn oħra fit-38 u fit-48 minuta. 

Ir-raba’ goal tal-Bianconeri wasal minn Kenan Yildiz (61) bi ġmiel ta’ volley biex ir-rebħa kienet aċċertata. 

Is-semi-finali l-oħra se tintlagħab bejn Fiorentina u Atalanta. 

L-ewwel leg jintlagħab fit-3 ta’ April filwaqt it-tieni wieħed jinltagħab fl-24 tal-istess xahar. 

Ekonomija

Sport