Wara li nhar it-Tlieta Juventus għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-0 fl-ewwel leg tas-semi- finali tal-Coppa Italia, ilbieraħ fis-semi-finali l-oħra Fiorentina għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-0.
Minkejja li l-Viola ddominaw l-ewwel taqsima huma skorjaw darba biss minn Rolando Mandragora (31) meta fajjar kanunata minn 25 metru bil-ballun jispiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Fit-tieni taqsima Atalanta ppruvaw jagħmlu reazzjoni u saħansitra ħolqu bosta ċansijiet iżda kienu Fiorentina li baqgħu jgawdu mill-inizjattiva.