Wednesday, July 24, 2024

Premier Ingliż: Arsenal fil-quċċata

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż Arsenal qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Luton Town bl-iskor ta’ 2-0, biex issa jinsabu punt wieħed fuq Liverpool li proprju llum iridu jirkupraw partita meta jospitaw lil Sheffield Uni­ted.

Arsenal v Luton – Arsenal laqgħu lil Luton Town u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals tagħhom jaslu minn Martin Odegaard (24) li kkonkluda mill-pass ta’ Kai Havertz wara kontrattakk … u minn auto-goal ta’ Daiki Hashioka (44) li xeħet fix-xibka tiegħu stess fit-tentattiv li jantiċipa l-pass fil-baxx ta’ Emile Smith Rowe lejn Reiss Nelson.

Brentford v Brighton – Il-logħba bejn Brentford u Brighton spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals.

Man City v Aston Villa – Manchester City żammew il-pass ma’ Arsenal meta f’darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 4-1.

Wara biss 11-il minuta, Rodri fetaħ l-iskor għas-Ci­ti­zens li kkonkluda mill-cross ta’ Jeremy Doku.

Iżda Jhon Jader Duran Palacio (20) kiseb id-draw għall-Villans wara li bidel il-ballun ma’ Morgan Ro­gers.

Madankollu, Phil Foden (45+1, 62, 69) spiċċa bħala l-eroj għat-team immexxi minn Pep Guardiola meta skorja tliet goals minn ġmiel ta’ free-kick, b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka u ieħor minn 25 metru bogħod!

Ekonomija

Sport