Wednesday, July 24, 2024

Se jiġi organizzat tournament internazzjonali tal-badminton

Aqra wkoll

Bejn l-4 u s-7 ta’ April, Badminton Malta se torganizzza  edizzjoni oħra tat-Tournament Internazzjonali fil-Kumpless tal-isport tal-Cottonera.

F’din l-edizzjoni se jieħdu sehem 210 player minn 35 pajjiż.

Is-selezzjoni Maltija immexxija mill-coach nazzjonali, Matthew Haynes u magħżula skont ir-ranking dinji, hija komposta minn Sam Cassar, Matthew Abela, Mark Abela, Nigel Degaetano u Samuel Cali flimkien ma’ Francesca Clark, Elenia Haber, Martina Clark, Anne Marie Bezzina u Lauren Azzopardi.

Il-programm jikkonsisti f’ħames kategoriji –  singles, irgiel u nisa, doubles irġiel u nisa kif ukoll mixed doubles.

L-aħħar edizzjoni tat-Tournament internazzjonali kienet fl-2022 meta dakinhar kien ġie organizzat wara nuqqas bejn l-1993 u l-2021.

Ekonomija

Sport