Sunday, December 22, 2024

Covid-19: 172 każ ġdid… Ifiqu 65 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,640 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 172 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 65 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 2,487.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-166 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 126 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 26 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 19-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 33,370 fejn minnhom 30,356 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 736,727 doża. Minn dawn 389,263 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 364,899 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport