Tuesday, April 30, 2024

Covid-19: 18-il każ ġdid u jfiqu 43; l-ebda persuna fl-ITU

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 18-il każ ġdid u rkupraw 43 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 267.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm tmien persuni rikoverati u li ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 832,836 doża tal-vaċċin li minnhom 18,786 huma booster dose.

Sport