Thursday, December 26, 2024

Covid-19: 235 każ ġdid fl-aħħar sigħat u jfiqu 6 persuni

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,879 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 235 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm sitt persuni ddikjarati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 1,441.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-222 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 195 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 14-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 32,069 fejn minnhom 30,208 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 718,418 doża. Minn dawn 379,380 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 354,985 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport