L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 38 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm disgħa oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 435.
L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.
Bħalissa hemm 14-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erba’ li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 895,343 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 64,797 kienu dożi tal-booster.