Saturday, April 27, 2024

Covid-19: 50 każ ġdid u jfiqu 51

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,278 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ġew reġistrati 50 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 51 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi issa huma 635.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 27 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 440 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 795,566 doża. Minn dawn 413,174 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 412,002 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport