Saturday, December 21, 2024

Covid-19: 78 każi ġodda u jfiqu 204; tmut anzjana

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ritratt: Roger Azzopardi

Minn total ta’ 3,260 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 78 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 204 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,206.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 35 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 35 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm erba’ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet issa huwa 424 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 88 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 767,831 doża. Minn dawn 402,373 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 389,610 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport