Sunday, December 22, 2024

Covid-19: 91 każ ġdid u jfiqu 125; żewġ anzjani jmutu

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,862 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 91 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 125 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 2,194.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 35 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 36 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 33,995 fejn minnhom 30,982 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

Fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ irġiel, wieħed ta’ 95 sena u ieħor ta’ 86 sena, waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 750,641 doża. Minn dawn 396,087 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 373,771 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport