Thursday, October 10, 2024

Jippreżenta €10,000 lil Puttinu Cares wara li ġera 1000km b’tifkira tal-ħabiba tiegħu

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tommy Wallbank, ġuvni ta’ 16-il sena, dalgħodu ppreżenta €10,000 lil Puttinu Cares wara li temm maratona ta’ ġiri b’risq il-ħabiba tiegħu Rebecca Zammit Lupi.

Puttinu Cares qalu li jinsabu tassew onorati li ltaqgħu ma’ bniedem ta’ ispirazzjoni bħalu. Huma qalu li din id-donazzjoni tagħtihom kuraġġ biex ikomplu jgħinu aktar pazjenti. 

L-idea ta’ dan il-ġuvni nibtet f’Jannar li għadda wara li sfortunatament il-ħabiba tiegħu tilfet ħajjitha kawża tal-kanċer.

L-għan inizjali tiegħu kiien li jiġbor €500 u jiġri 100km. Iżda wara li beda jirċievi numru ta’ donazzjonijiet, huwa eventwalment iddeċieda li jżied id-distanza għal 1,000 km. Dan ifisser l-ekwivalenti li jiġri madwar Malta għal sitt darbiet u nofs.

Huwa qassam din id-distanza f’diversi ġranet u s-Sibt li għadda temm l-aħħar ġirja b’tul ta’ 21 km.

Rebecca Zammit Lupi, tfajla ta’ 15-il sena, magħrufa ma’ ħafna bħala ‘Becs’,  ħalliet din id-dinja aktar kmieni din is-sena wara battalja kiefra kontra tip ta’ kanċer rari ħafna magħruf bħala Ewing’s Sarcoma li huwa tip ta’ kanċer aggressiv li jolqot l-għadam.

Sport