Monday, May 13, 2024

Covid-19: Ikomplu jonqsu l-każi attivi; tmut anzjana

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 24 każ ġdid u rkupraw 43 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 554.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 21 persuna rikoverati u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 issa huwa 456 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 91 sena waqt li kienet pożittiva bl-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 812,828 doża tal-vaċċin li minnhom 5,389 huma booster dose.

Sport