Saturday, May 4, 2024

Covid-19 – Il-Premier League mhux mistenni jipposponi l-logħbiet fil-jiem festivi tal-Milied

Aqra wkoll

Il-Premier League mhux mistenni jipposponi round sħiħ ta’ partiti wara l-Boxing Day kif issuġġerit, minkejja żieda fil-każijiet ta’ COVID-19 dan ix-xahar.

Minħabba l-varjant Omicron il-ġdid tal-COVID-19 u t-tixrid rapidu tiegħu, clubs fi ħdan il-football Ingliż qed jitħabtu biex jissodisfaw it-talbiet tal-lista tal-fixtures festivi.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sitt logħbiet tal-Premier League ġew posposti, bil-partita ta’ Liverpool kontra Tottenham tintlagħab fost erba’ każijiet pożittivi għar-Reds, li sfurzaw lil Virgil van Dijk, Fabinho, Thiago u Curtis Jones li jkunu indipsonibbli għall-partita.

Meta tkellem dwar is-sitwazzjoni, Jurgen Klopp esprima d-dubju dwar il-kapaċità ta’ Liverpool li jkollhom skwadra b’saħħitha għat-tliet partiti li ġejjin – kontra Leicester fit-22 ta’ Diċembru, Leeds f’Boxing Day u mbagħad Leicester għal darb’oħra fit-28 ta’ Diċembru.

“Jista’ jiġri, probabbilment, li jkollna każ ieħor jew tnejn, u l-players ikollhom jidħlu fi kwarantina.”

“Irridu naħsbu biss dwar dan.”

Dan hu sentiment kondiviż mill-maġġoranza tal-managers tal-Premier League, iżda f’laqgħa nhar it-Tnejn wara nofsinhar, l-20 club ma setgħux jaqblu dwar pjanijiet biex jipposponu r-round ta’ fixtures fit-28, 29 u 30 ta’ Diċembru.

Sport